Il-Parabbola tat-Talenti

Aqra il-parabbola u wara wieġeb il-mistoqsijiet


 

darba Ġesu' qalilhom: Wieħed li kien se jsiefer sejjaħ lill-qaddejja tiegħu u ħallielhom ġidu f'idejhom.

Lil wieħed tah ħames talenti, lil ieħor tnejn, u lil ieħor wieħed, kull wieħed skond il-ħila tiegħu. U siefer.

Dak li kien ħa l-ħames talenti mar minnufih iħaddimhom u qala' ħamsa oħra.

Hekk ukoll dak li kien ħa tnejn qala' tnejn oħra.

Iżda dak li ħa wieħed mar ħaffer fl-art u ħeba flus sidu.

Wara ħafna, sid dawk il-qaddejja raġa' lura u beda jagħmel il-kontijiet magħhom.

Resaq quddiemu dak li kien ħa ħames talenti u ġieblu ħames talenti oħra. 'Sinjur,' qallu, 'ħames talenti ħallejtli f'idejja; hawn, ara, qlajt ħamsa oħra.'

Qallu s-sinjur, 'Sewwa, qaddej tajjeb u fidil; int kont fidil fil-ftit, u jien se nafdak fuq ħafna; idħol fl-hena ta' sidek.'

Resaq ukoll dak li kien ħa żewġ talenti, u qallu, 'Sinjur, żewġ talenti ħallejtli f'idejja; hawn, ara, qlajt tnejn oħra.'

Qallu s-sinjur, 'Sewwa, qaddej tajjeb u fidil; int kont fidil fil-ftit, u jien se nafdak fuq ħafna; idħol fl-hena ta' sidek.'

Iżda resaq ukoll dak li kien ħa talent wieħed, u qal, 'Sinjur, lilek nafek bħala raġel aħrax, taħsad fejn ma żrajtx u tiġbor fejn ma xerridtx. Bżajt, u mort ħbejt it-talent tiegħek fl-art. 'Hawn, ara, għandek dak li hu tiegħek.'

Qabeż is-sinjur u qallu, 'Qaddej ħażin u għażżien, kont taf li jien naħsad fejn ma żrajtx u niġbor fejn ma xerridtx. Mela kien imissek mort qegħedt flusi l-bank biex, meta niġi, kont immur niġborhom bl-imgħax. Ħudulu mela t-talent u agħtuh lil dak li għandu l-għaxar talenti. Għax kull min għandu, jingħatalu, u jkollu ż-żejjed ukoll; iżda min ma għandux, jitteħidlu saħansitra dak li għandu.

U lil dan il-qaddej bla fejda itfgħuh 'il barra fid-dlam; hemmhekk ikun hemm il-biki u t-tgħażżiż tas-snien.

 


1....Wieħed li kien se jsiefer sejjaħ lill-qaddejja tiegħu u
ħallielhom ġidu f'idejhom.
qalilhom fejn sejjer.
bagħthom id-dar.
qalilhom "Saħħa, niltaqgħu meta nerġa niġi."

2....Lil wieħed tah ħames talenti, lil ieħor tnejn, u lil ieħor wieħed,

skond kemm kellhom żmien.
kull wieħed skond il-ħila tiegħu. 
skond kemm kien ilhom jaħdmu miegħu.
Tellagħhom bix-xorti

3....Dak li kien ħa l-ħames talenti mar minnufih 

xtara rigal lil sieħbu.
poġġihom fil-karus
iħaddimhom u qala' ħamsa oħra.
xtara dar għalih u għall-familja tiegħu

4....Iżda dak li ħa wieħed

qal, "Mhux sewwa li jien għandi wieħed biss."
mar xtara biljett fil-lotterja.
xtara għalqa żgħira.
mar ħaffer fl-art u ħeba flus sidu.

5....Wara ħafna, sid dawk il-qaddejja raġa' lura u

għamlilhom party kbir għax kien ilu ma jarhom.
huma għamlulu party biex jifirħu bih.
nesa li kien tahom il-flus.
beda jagħmel il-kontijiet magħhom.

6....Resaq quddiemu dak li kien ħa ħames talenti

u reġa tahom lura  lis-sinjur.
u ġieblu ħames talenti oħra.
u qal li kien tilifhom.
u wrieh id-dar li xtara bihom.

7....Qallu s-sinjur, 'Sewwa, qaddej tajjeb u fidil; int kont fidil fil-ftit,

u jien se nafdak fuq ħafna; idħol fl-hena ta' sidek.
issa jien se nixtrilek dar akbar.
ma kienx hemm għalfejn taħdem daqshekk.
sewwa, issa oqgħod gawdi il-flus li qlajt.

8....Resaq ukoll dak li kien ħa żewġ talenti, u qallu,

"Kieku kelli aktar talenti kont naqla aktar."
"Sinjur, żewġ talenti kienu ftit wisq, Xtaqt almenu ħames talenti oħra"
"Sinjur għaliex lil dak tajtu ħamsa u lili tajtni tnejn?"
'Sinjur, żewġ talenti ħallejtli f'idejja; hawn, ara, qlajt tnejn oħra.'

9....'Sinjur, lilek nafek bħala raġel aħrax, taħsad fejn ma żrajtx u tiġbor fejn ma xerridtx.

Jien ma rridx inkun ħabib tiegħek.
Bżajt, u mort ħbejt it-talent tiegħek fl-art.
Ħa ngħid lil sħabi biex ma jisselfux flus minn għandek.
Inti ma intix tagħmel ġustizzja miegħi.

10...Qaddej ħażin u għażżien, kont taf li jien naħsad fejn ma żrajtx u niġbor fejn ma xerridtx.

Agħtini lura t-talent li tajtek.
Mela kien imissek mort qegħedt flusi l-bank biex, meta niġi, kont immur niġborhom bl-imgħax
Kien imissek ħdimt bħal sħabek l-oħra.
Għadni qatt ma rajt wieħed għażżien bħalek.