.

Il-parabbola ta' l-Iben il-Ħali

Aqra il parabbola u wara wieġeb il-mistoqsijiet

F’dak iż-żmien, l-Publikani u l-midinbin kienu qegħdin jersqu lejn Ġesù bi ħġarhom biex jisimgħuh.

U kemm il-Fariżej kif ukoll il-kittieba kienu jgemgmu u jgħidu: “Dan! Nies midinba jilqa’ għandu! Magħhom jiekol!”

U Ġesù qabad u qalilhom din il-parabbola: “Kien hemm raġel li kellu żewġ ulied.

U ż-żgħir qal lil missieru, ‘Missier, agħtini s-sehem li jmiss lili mill-ġid.’ U dak qassmilhom il-ġid.

Ma kinux għaddew wisq ġranet, meta ż-żgħir sarr kollox u telaq minn beltu lejn pajjiż imbiegħed, u hemmhekk berbaq ġidu kollu f’ħajja mtajra.

Meta ħela kull ma kellu, fuq dak il-pajjiż waqa’ ġuħ kbir, u hu beda jħoss ruħu fil-bżonn.

U mar daħal ma’ wieħed minn dak il-pajjiż li bagħtu fir-raba’ tiegħu jirgħa l-qżieqeż.

Kien jixtieq ħafna kieku jimla żaqqu mqar bil-ħarrub li kienu jieklu l-qżieqeż imma ħadd ma kien jagħtih.

 Imbagħad, daħal fih innifsu u qal, ‘Kemm lavranti ma’ missieri għandhom ħobż bix-xaba’, u jien qiegħed hawn ninqered bil-ġuħ! Ħa nqum u mmur għand missieri, ngħdilu, ‘Missier, dnibt kontra s-sema u quddiemek; ma jistħoqqlix iżjed nissejjaħ ibnek: żommi b’wieħed mil-lavranti tiegħek.’

Qam u telaq għand missieru.

Iżda kif kien għadu fil-bogħod, missieru lemħu u tħassru; u b’ġirja waħda mar xteħet fuq għonqu u mlieh bil-bews.

 ‘Missier,’ qallu ibnu, ‘dnibt kontra s-sema u quddiemek; ma jistħoqqlix iżjed nissejjaħ ibnek.’

Iżda l-missier qal lill-qaddejja tiegħu, ‘Isaw! Ġibulu l-isbaħ libsa u xidduhielu, libbsulu ċ-ċurkett f’sebgħu u s-sandli f’riġlejh! Ġibu l-għogol l-imsemmen u oqtluh, ħa nieklu u nagħmlu festa, għax dan ibni kien mejjet u reġa’ qam, kien mitluf u nstab!”

U bdew jagħmlu festa.

Mela ibnu l-kbir kien il-għalqa. Huwa u rieġa’ lura, kif wasal qrib id-dar sema’ daqq u żfin. Sejjaħ wieħed mill-qaddejja u staqsieh dan x’kien.

‘Hawn ħuk’, qallu dak , ‘u missierek qatillu l-għoġol l-imsemmen, għax reġa’ għandu qawwi u sħiħ’.

Hu nkorla, u ma riedx jidħol ġewwa, iżda missieru ħareġ jitolbu. ‘Ara’, qal lil missieru, ‘ili dawn is-snin kollha naqdik, kelmtek ma ksirthielek qatt, u kieku qatt tajtni gidi lili biex nagħmel ikla u nifraħ ma’ ħbiebi! Imbagħad jiġi dan ibnek, li belagħlek ġidek man-nisa tat-triq, u lilu toqtollu l-għoġol l-imsemmen!’

‘Ibni’, qallu missieru, ‘inti dejjem miegħi, u kull ma hu tiegħi huwa tiegħek. Imma kien meħtieġ li nagħmlu festa u nifirhu, għax dan ħuk kien mejjet u reġa’ qam, kien mitluf u nstab.’”



1.... F’dak iż-żmien l-Publikani u l-midinbin kienu qegħdin jersqu lejn Ġesù bi ħġarhom biex .

2....Kien hemm raġel li kellu ulied.

3....Iż-żgħir sarr kollox u telaq minn beltu lejn pajjiż , u hemmhekk berbaq ġidu kollu f’ħajja mtajra.

4....Hemmhekk ġidu f’ħajja mtajra.

5....Meta ħela kull ma kellu, fuq dak waqa’ ġuħ kbir.

6....Kien jixtieq ħafna kieku jimla' żaqqu mqar bil-ħarrub li kienu jieklu .

7....Imbagħad daħal fih innifsu u qal, ‘ Ħa nqum u mmur , .

8....Iżda kif kien għadu fil-bogħod, missieru lemħu u tħassru; u b’ġirja waħda mar .

9....Missier,’ qallu ibnu, ‘dnibt kontra s-sema u quddiemek; .

10.... Kien meħtieġ li nagħmlu festa u nifirhu, għax dan ħuk kien mejjet u reġa’ qam, .