.

Il-Parabbola taż-Żerriegħ

Aqra il-parabbola u wara wieġeb il-mistoqsijiet

Dakinhar Ġesù ħareġ mid-dar, mar f'xatt il-baħar u qagħad bilqiegħda hemm.

U nġabru madwaru folol hekk kbar ta' nies li kellu jitla' fuq dgħajsa u jinżel bilqiegħda fiha; in-nies qagħdu lkoll wieqfa fuq ix-xatt, u hu beda jkellimhom fuq bosta ħwejjeġ bil-parabboli.

U qalilhom: "Darba wieħed bidwi ħareġ jiżra'.
Huwa u jiżra', xi żerrigħat waqgħu mal-mogħdija; ġew l-għasafar u naqqruhom kollha

Oħrajn waqgħu f'art kollha blat, fejn ma kienx hemm wisq ħamrija, u malajr nibtu, għax il-ħamrija ma kinitx fonda; iżda mbagħad telgħet ix-xemx, u nħarqu u nixfu, għax ma kellhomx għeruq.

Oħrajn waqgħu qalb ix-xewk, u x-xewk kiber magħhom u ħonoqhom.

Imma oħrajn waqgħu f'art tajba, u għamlu l-frott, min mija, min sittin, u min tletin.

Min għandu widnejn, ħa jisma'?"

Resqu lejh id-dixxipli u staqsewh: "Għaliex tkellimhom bil-parabboli?"

Tassew, ngħidilkom, li bosta profeti u nies ġusti xtaqu jaraw dak li qegħdin taraw intom u ma rawhx, u jisimgħu dak li qegħdin tisimgħu intom u ma semgħuhx!

Ġesù jfisser il-parabbola taż-żerriegħ

"Mela isimgħuha intom il-parabbola ta' dak li ħareġ jiżra'.

Kull min jisma' l-kelma tas-Saltna u ma jifhimhiex, jersaq il-Ħażin u jisraqlu dak li jkun inżera' f'qalbu: dan huwa dak li nżera' mal-mogħdija.

Dak li nżera' f'art kollha blat huwa dak li jisma' l-kelma u jilqagħha minnufih bil-ferħ; imma għeruq ma jkollux fih innifsu, u għalhekk ftit idum; mbagħad jiġi fuqu l-għawġ, jew isib min iħabbtu minħabba l-kelma, u malajr jitfixkel

Dak li nżera' qalb ix-xewk huwa dak li jisma' l-kelma iżda l-inkwiet żejjed għall-ħwejjeġ tad-dinja u l-ġibda għall-ġid ta' l-art joħonqulu l-kelma, li għalhekk ma tagħmilx frott.

Dak imbagħad li nżera' f'art tajba huwa dak li jisma' l-kelma u jifhimha; u tassew hu jagħmel il-frott; dan jagħmel mija, dak sittin, u l-ieħor tletin."



1.... Dakinhar Ġesù ħareġ mid-dar u mar .

2....Gesu kien ikellem lin-nies fuq bosta ħwejjeġ .

3.... Huwa u jiżra', xi żerrigħa waqgħu mal-mogħdija u ġew kollha

4....Oħrajn waqgħu f'art kollha blat, fejn ma kienx hemm wisq ħamrija, u malajr nibtu, iżda mbagħad telgħet ix-xemx, u għax ma kellhomx għeruq.

5....Oħrajn waqgħu qalb ix-xewk, u x-xewk kiber magħhom u .

6....Imma oħrajn waqgħu f'art tajba u min mija, min sittin, u min tletin.

7....Jersaq il-Ħażin u jisraqlu dak li jkun inżera' f'qalbu: dan huwa dak li .

8....Dak li nżera' qalb ix-xewk huwa dak li jisma' l-kelma iżda l-inkwiet żejjed għall-ħwejjeġ tad-dinja u l-ġibda għall-ġid ta' l-art joħonqulu l-kelma, .

9.... Dak imbagħad li nżera' f'art tajba huwa dak li jisma' l-kelma u jifhimha; u tassew hu jagħmel il-frott; .

10.... Tassew, ngħidilkom, li bosta profeti u nies ġusti xtaqu jaraw dak li qegħdin taraw intom u ma rawhx, u jisimgħu dak li qegħdin tisimgħu intom u ma semgħuhx! Xi xtaqu jaraw u jisimghu? .