Il-Parabbola tal-Qaddej li ma Jaħfirx
(San Mattew: Kap 18, 21-35)

ara l-video u wara wieġeb il-quiz biex tara kemm tiftakar.Imbagħad ara kemm ġibt tajbin!

Agħżel it-tajba

1....Pietru staqsa, "Kemm-il darba jrid jonqosni ħija biex naħfirlu? Seba' darbiet?"

"Seba' darbiet wisq. Ħafna inqas." 
"Skond min ikun. Jekk min naqsek ikun ħabib  aħfirlu ħafna, jekk mhux ħabib aħfirlu ftit."
"Ma ngħidlilx seba' darbiet," qallu Ġesu, "imma sa sebgħa u sebgħin darba."
"Aħjar ma taħfer xejn għax wara jagħmlulek aktar."

2....Is-saltna tas-Smewwiet nxebbħuha ma' wieħed sultan

li jilbes ħafna ħwejjeġ sbieħ.
li ried jagħmel il-kontijiet mal-qaddejja tiegħu.
li kellu ħafna deheb.
li kellu qalbu ħażina.

3....Wieħed mill-qaddejja kellu jagħti lis-sultan

xi ftit flus.
xi lbiesi li jiswew ħafna flus.
għaxart elef talent.
il-palazz tiegħu stess.

4....Ma kellux minn fejn iroddhomlu. Inxteħet quddiem is-sultan jitolbu u jgħidlu

"Dawk il-flus mhux lili tajthom. Għandek xi żball sinjur."
"Ħa nbih id-deheb li għandi biex inħalsek."
"Ħa nmur nixħet il-ħabs lil kull min għandu jagħti lili."
"Sinjur, stabar ftit bija u kollox irroddlok."

5....Is-sinjur ġietu ħasra minn dak il-qaddej,

"Agħtihomli meta tkun tista'."
u tah żmien sena biex iroddhom
u qallu li kien żball.
bagħtu u ħafirlu dejnu.

6....Meta dak il-qaddej ħareġ minn quddien is-sultan iltaqa' ma' sieħbu li kellu jagħtih ftit flus 

u ħafirhomlu kif kien għamel  is-sultan lilu.
"Ħallas dejnek", qallu u xeħtu l-ħabs sa ma jrodd kollox.
u tah żmien sena biex iroddhom
u qallu li kien żball u ma kellu jagħtih xejn.

7....Sħabu l-qaddejja raw il-ġrajja kollha

u sewdu qalbhom ħafna.
u qalu li aħjar ma jindaħlux għax mhix affari tagħhom.
u ħadu gost u qalu li mil-lum il quddiem huma hekk se jagħmlu.
u qalu lil qaddej li għamel ħażin.

8....Il-qaddejja marru għand is-sultan u

talbuh jagħtihom flus lilhom wkoll.
talbuh jagħtihom ħwejjeġ li jiswew ħafna flus'
kemm kien għaqli il-qaddej li xeħet il-ħabs lil sieħbu'
qalulu kull ma kien ġara.

9....Imbagħad is-sinjur bagħat għalih u qallu

"Sewwa għamilt. Qed nieħu gost bik"
"Ja qaddej ħażin, Jien ħfirtlek dak kollu, ma kienx imissek int ukoll tħenn għal sieħbek?"
"Kemm kellu jagħtik il-qaddej li bagħat il-ħabs?"
"Ejja kul miegħi għax qwd nieħu gost bik."

10...Alla jixtieq li  

nilbus ħwejjeġ sbieħ kif kienu libsin il-qaddejja fil-video
naħfru lil xulxin minn qalbna.
nagħmlu t-tajjeb aħna u ninsew lil ħaddieħor.
jkonna qalbna iebsa għax inkella nbagħtu