Il-Ħaddiema fl-Għalqa tad-Dwieli.

Aqra il-parabbola u wara wieġeb il-mistoqsijiet


Ara, is-Saltna tas-Smewwiet tixbaħ lil wieħed sid li ħareġ fil-għodu kmieni ħafna biex isib nies tax-xogħol u jħaddimhom fl-għalqa tiegħu tad-dwieli.

Ftiehem ma' xi ħaddiema b'dinar kull jum u bagħathom l-għalqa.

Ħareġ ukoll madwar it-tielet siegħa, ra oħrajn qegħdin fil-pjazza, bla xogħol, u qalilhom, 'Morru intom ukoll l-għalqa, u nagħtikom li jkun ħaqqkom.' U marru.

Raġa' ħareġ għal xi s-sitt siegħa u mbagħad għal xi d-disgħa siegħa, u għamel l-istess.

Għall-ħabta tal-ħdax-il siegħa raġa' ħareġ u sab oħrajn qiegħda, u qalilhom, 'Għaliex qegħdin hawn il-jum kollu ma tagħmlu xejn?' Qalulu, 'Għax ħadd ma qabbadna.'

Qalilhom,'Morru intom ukoll l-għalqa.'

Għal fil-għaxija mbagħad sid l-għalqa qal lill-prokuratur tiegħu, 'Sejjaħ lill-ħaddiema u ħallashom, ibda minn dawk li ġew l-aħħar u spiċċa b'dawk ta' l-ewwel.'

Ġew dawk li daħlu għax-xogħol fil-ħdax-il siegħa u ħadu dinar kull wieħed.

Ġew ta' l-ewwel, u stennew li kienu se jirċievu iktar, iżda huma wkoll ħadu dinar kull wieħed.

Huma u jitħallsu qabdu jgemgmu kontra s-sid u jgħidu, 'Dawn ta' l-aħħar siegħa waħda għamlu, u int qisthom bħalna li tgħabbejna bil-piż tal-jum u s-sħana!'

Qabeż is-sid u qal lil wieħed minnhom, 'Ħabib, minn xejn ma nqastek jien; mhux b'dinar ftehemt miegħi? Ħu li jmissek u itlaq. Lil dan ta' l-aħħar irrid nagħtih daqs kemm tajt lilek. Ma nistax nagħmel li rrid bi ħwejġi jien? Jew qiegħed tgħir għax jien qalbi tajba?'

Hekk ta' l-aħħar jiġu l-ewwel, u ta' l-ewwel jiġu l-aħħar.


Issa ara kemm għadek tiftakar mill-parabbola

1....Is-Saltna tas-Smewwiet tixbaħ lil wieħed sid
li ħareġ biex isib nies biex jħaddimhom fl-għalqa  tiegħu. 
li kellu ħafna flus.
li bena dar ġdida.
li kellu ħafna ilbiesi sbieħ 

2....Fl-għalqa  tiegħu kien hemm ħafna 

għasafar li bdew jieklu iż-żerrigħa
dwieli. 
siġar tal-frott
xemx u ħafna sħana

3....Sid l-għalqa ftiehem mal-ħaddiema li jagħtihom

flus skond kemm jaħdmu.
paga skond is-sigħat li jaħdmu.
dinar kull jum .
il-vaganzi fis-sajf.

4....Ħareġ ukoll madwar it-tielet siegħa;

meta kien qed jidlam.
biex iġib il-flus biex iħallashom.
għax kien sar il-ħin biex jiekol.
ra oħrajn  bla xogħol, u bagħthom jaħdmu ma' l-oħrajn.

5....Għal fil-għaxija, mbagħad sid l-għalqa qal lill-prokuratur tiegħu

"Ġibli l-iekol għax għandi ħafna ġuħ."
"Għid lil-ħaddiema biex jerġgħu jiġu għada."
li nesa li kien tahom il-flus.
"Sejjaħ lill-ħaddiema u ħallashom." 

6....ll-prokuratur  kellu jibda jħallas  

skond l-ordni; min beda jaħdem l-ewwel jithallas l-ewwel.
dawk li ġew l-aħħar.
dawk il kienu l-aktar beżlin.
il-pagi tal-ġimgħa kollha.

7....Dawk li ġew l-aħħar, bħala paga

ħadu dinar kull wieħed.
wkoll ħadu l-anqas.
ma ħadu xejn flus.
kellhom ftit wisq u kienu foqra.

8....Dawk li bdew jaħdmu minn filgħodu

kienu ferħanin għax qalgħu ħafna flus għax ħadmu aktar.
ħassew ħafna sħana.
kellhom l-ikel lest għalihom.
stennew li kienu se jirċievu iktar.

9....Bdew igergru u jgħidu "Dawn ta' l-aħħar siegħa waħda għamlu, u int qisthom

qishom ħadmu aktar minna"
bħalna li tgħabbejna bil-piż tal-jum u s-sħana!"
daqs li kieku ma ħadmu xejn."
li għamlulek xi pjacir!"

10...Ma nistax nagħmel li rrid bi ħwejġi jien?

Jien ħallast għalihom!
Jew qiegħed tgħir għax jien qalbi tajba?
Nagħtihom lil min irrid.
X'tippretendu! Jien qatt ma rajt għażżenin bħalkom!