Immaculate Conception Parish Hamrun Parroċċa
Immakulata Kunċizzjoni

Ħamrun
Madonna Berikna
Il-Ħamis, 19 ta' Jannar 2017
Isma’, o Alla, l-għajta tiegħi, agħti widen għat-talba tiegħi. Minn truf l-art lilek insejjaħ, meta nkun qalbi maqtugħa … Għax int sirt kenn għalija. Mhux li kont ngħix f’għamartek għal dejjem, nistkenn għas-satra ta’ ġwenħajk! Salm 61


 

 

Merħba

Dun Mario Mifsud

Nilqgħek bis-sliem fil-paġna elettronika tal-Parroċċa Immakulata Kunċizzjoni Ħamrun. Permezz tagħha tista' tinforma ruħek dwar l-attivitajiet u l-inizjattivi tal-Parroċċa iżda mhux biss. Għandek issib ukoll riżorsi oħra sabiex titħeġġeġ u tidħol f'esperjenza ta' talb u tifħir lil Alla l-Imbierek. Fuq il-mudell tad-dixxiplu l-aktar perfett ta' Ġesù Kristu, Marija Immakulata tkompli tidderiġina kif għamlet fit-Tieġ ta' Kana u tgħidilna: "Agħmlu dak li jgħidilkom Hu".

Il-paġna elettronika ġiet iddisinjata sabiex tinforma u toffri diversita' ta' interess għal persuni f'kull stat tal-ħajja għax fi triqatna lkoll neħtieġu għajnuniet spiritwali. Għalhekk merħba tassew u nittama li ssib mezz kif dak li jidher fiha jgħinek tiżviluppa t-twemmin tiegħek u tagħti glorja lil Alla, l-Għajn ta' kull ġid.

Nixtieq ukoll li l-paġna elettronika tal-Parroċċa ma tkunx biss għal dan li semmejt, iżda li tmur lilhinn u sservi sabiex min jidħol fiha jagħti kontribut permezz ta' suġġerimenti siewja li jagħmlu l-inizjattivi pastorali aktar miftuħa b'firxa akbar ta' kontributuri u ideat ġodda. Dan huwa mitlub minn kull nisrani attiv għat-tixrid tal-Bxara t-Tajba u l-glorja t'Alla.

Nitlob lil Mulej ibierek lilek u jseddaq ix-xewqat tajba tiegħek.

Dun Mario

A A

Hosting courtesy of amicode.com